Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2009 - Aiello vs UASI - Cantoni ITC (100% Capri)
(Kawża T-279/09)
Lingwa tar-rikors: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Antonino Aiello (Vico Equense, l-Italja) (rappreżentanti: M. Coccia, avvocato, L. Pardo, avvocato)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cantoni ITC SpA (Milan, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' April 2009, innotifikata permezz ta' faks fl-14 ta' Mejju 2009, mogħtija fil-proċediment R 1148/2008-1 bejn Antonio Aiello u Cantoni ITC S.p.A. u, bħala korrezzjoni, tiċħad l-oppożizzjoni B 856 163 għar-reġistrazzjoni tat-trade mark "100% CAPRI" għal prodotti fil-klassi 3, 18 u 25 (Nru 003563848).
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element numeriku verbali "100% Capri) (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.563.848), għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: CANTONI L.T.C. S.p.A.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva Komunitarja (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.689.891) u nazzjonali li tinkludi l-element verbali "CAPRI" għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda għall-prodotti inkwistjoni kollha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll l-Artikoli 50(1) u 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (sostitwit bir-Regolament Nru 207/2009).
____________