Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2023 – Giorgio Armani vs EUIPO – Shenzhen City Chongzheng Technology (Raffigurazione di un’aquila stilizzata)

(Kawża T-509/23)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Armani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: I. Carli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shenzhen City Chongzheng Technology Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (rappreżentazzjoni ta’ ajkla stilizzata) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 365 053

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 1413/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u fil-każ ta’ intervent, l-intervenjent għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________