Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2024 People Against Dirty vs EUIPO – Ningbo Future Houseware (ecovie)

(Kawża T-277/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: People Against Dirty Holdings Ltd (Frimley, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Quirin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ningbo Future Houseware Co. Ltd (Ningbo, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “ecovie” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 667 422

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Marzu 2024 fil-Każ R 1333/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________