Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta' Settembru 2009 - Van Arum vs Il-Parlament
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' evalwazzjoni - Portata tal-ilment imsemmi fl-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Rinse Van Arum (Winksele, il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: J. F. De Wachter, C. Burgos u K. Zejdová, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku - Talba għall-bdil, jew sussidjarjament għall-annullment tar-rapport ta' evalwazzjoni, u għall-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tas-somma simbolika ta' EUR 1 bħala danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
____________1 - ĠU C 92, 12.04.2009, p. 49.