Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – VY vs Il-Parlament
(Kawża T-224/23) 1
(“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Xoljiment tal-kuntratt – Irtirar tal-att ikkontestat – Kumpens għad-dannu morali - Għajbien tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent(i): VY (rappreżentanti: L. Levi u P. Baudoux, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr, K. Zejdová u R. Schiano, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2022 li xxolji l-kuntratt tax-xogħol tiegħu u tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Jannar 2023 li tiċħad l-ilment tiegħu kontra d-deċiżjoni kkontestata u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-dannu li huwa allegatament ġarrab.
Dispożittiv
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________
1 ĠU C 235, 3.7.2023.