Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2012 - Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, iswed, beige, aħmar skur u aħmar ċar)
(Kawża T-50/11)
["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, iswed, beige, aħmar skur u aħmar ċar - Raġuni assoluta ta' rifjut - Assenza ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b), Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Novembru 2010 (Każ R 1316/2010-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal figurattiv li jirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, iswed, beige, aħmar skur u aħmar ċar bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud
V. Fraas GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 89, 19.03.2011