Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Deutsche Lufthansa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-46/11)1

[“Kompetizzjoni – Akkordju – Suq Ewropew tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru – Ftehim u prattiki miftiehma dwar diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxa għall-karburant u sovrataxxa għas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja); Lufthansa Cargo AG (Frankfurt-am-main, il-Ġermanja); u Swiss International Air Lines AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Völcker, F. Louis, E. Arsenidou u A. Israel, sussegwentement minn S. Völcker u J. Orogolas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Kellerbauer, S. Noë u N. von Lingen, sussegwentement minn S. Noë u A. Dawes, aġenti, assistiti minn J. Anderson, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru).

Dispożittiv

L-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), huma annullati, sa fejn isemmu lil Deutsche Lufthansa AG, Lufthansa Cargo AG u Swiss International Air Lines AG

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispjejeż sostnuti minn Deutsche Lufthansa, Lufthansa Cargo u Swiss International Air Lines.

____________

1 ĠU C 80, 12.3.2011.