Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – Environmental Manufacturing vs UASI – Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

(Kawża T-570/10 RENV) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu – Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti WOLF Jardin u Outils WOLF – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Environmental Manufacturing LLP (Stowmarket, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u M. Atkins, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société Elmar Wolf (Wissembourg, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 425/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société Elmar Wolf u Environmental Manufacturing LLP.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 425/2010-2), hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu qudiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Environmental Manufacturing LLP quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.Société Elmar Wolf għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Environmental Manufacturing quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.