Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Mejju 2008 - Messe Düsseldorf vs UASI - Canon Communications (MEDTEC)

(Kawża T-173/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Messe Düsseldorf GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Friedhoff, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Canon Communications LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Marzu 2008 fil-każ R 0989/2005-1; u

tikkundanna lill-UASI jew lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "MEDTEC" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 41 - applikazzjoni Nru 2 885 853

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjali invokat: It-trade mark verbali nazzjonali "Metec" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 37, 38, 41 u 42; it-trade mark verbali internazzjonali "Metec" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 37, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi kollha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jannulla d-deċiżjoni kkontestata u jiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja meta laqa' l-appell u ddeċieda li mhemmx xebh bejn it-trade marks; ksur ta' l-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell ta deċiżjoni fuq fatti li ma kinux is-suġġett ta' l-appell.

____________