Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 - Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Cooperação e Desenvolvimento Regional

(Kawża T-174/08)1

("Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt ta'għajnuna finanzjarja konkluż fil-qafas ta' programm speċifiku fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi ta' interess ġenerali - Proġett Encata - Rimborż ta' ħlas bil-quddiem - Imgħax għal ħlas tardiv - Proċedura in kontumaċja")

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Afonso, aġent)

Konvenuta: Cooperação e Desenvolvimento Regional, SA (Setúbal, Portugal)

Suġġett

Rikors abbażi tal-Artikolu 238 KE, bil-għan li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lura parti mis-somma mogħtija bil-quddiem mill-Komunità Ewropea, flimkien mal-imgħax għal ħlas tardiv, fil-qafas tal-kuntratt SU 1001 (SU) Encata.

Dispożittiv

1)     Cooperação e Desenvolvimento Regional, SA hija kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta' EUR 63 349,27, flimkien mal-imgħax għal ħlas tardiv:

-    bir-rata ta' 6,29 % fis-sena mill-31 ta' Jannar 2001 sad-data ta' din is-sentenza ;

bir-rata annwali applikabbli skont il-liġi Irlandiża, attwalment l-Artikolu 26 tad-Debtors (Ireland) Act, 1840, emendat, sar rata ta' 6,29 % fis-sena, mid-data ta' din is-sentenza sal-ħlas totali tad-dejn.

2)     Cooperação e Desenvolvimento Regional hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 183, 19.7.2008.