Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta' Frar 2008 - Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-132/05)1

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KEE) Nru 2081/92 - Protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel - Ġobon 'Parmigiano Reggiano' - Użu tad-denominazzjoni 'parmesan' - Obbligu għal Stat Membru li jissanzjona ex officio l-użu abużiv ta' denominazzjoni ta' l-oriġini protetta)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: E. de March, S. Grünheid u B. Martenczuk, aġenti]

Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka [rappreżentanti: I. M. Braguglia, agent, u G. Aiello, avvocato dello Stato]

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [rappreżentanti: M. Lumma, A. Dittrich, aġenti, u M. Loschelder, Rechtsanwalt]

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka [rappreżentanti: E. Riedl, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ksur ta' l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 2081/92, ta' l-14 ta' Lulju 1992, dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-origini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel ( ĠU L 208, p,1) - Nuqqas ta' miżuri sabiex jiġi pprojbit l-użu tad-denominazzjoni "Parmesan" għal prodotti li ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta' l-oriġini protetta "Parmigiano Reggiano"

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Taljana kif ukoll ir-Repubblika ta' l-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom

____________

1 - ĠU C 132, 28.05.2005