Language of document : ECLI:EU:C:2017:354

Kawża C-133/15

H. C. Chavez-Vilchez et

vs

Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank et

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa miċ-Centrale Raad van Beroep)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ċittadinanza tal-Unjoni – Artikolu 20 TFUE – Dritt ta’ residenza fi Stat Membru b’kundizzjonijiet marbuta mal-aċċess għall-għajnuna soċjali u għall-allowances tal-familja – Ċittadina ta’ pajjiż terz li tassumi r-responsabbiltà ta’ kuljum u effettiva tal-wild minuri tagħha, ċittadin ta’ dan l-Istat Membru – Obbligu għaċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li juri l-inkapaċità tal-ġenitur l-ieħor, ċittadin tal-imsemmi Stat Membru, li jieħu ħsieb il-minuri – Rifjut ta’ residenza li jista’ jġiegħel lill-wild jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru, jiġifieri t-territorju tal-Unjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Mejju 2017

1.        Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Benefiċjarji – Membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni ċittadini ta’ Stati terzi – Kundizzjoni – Ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 3(1))

2.        Ċittadinanza tal-Unjoni – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Ċittadin tal-Unjoni li jirritorna fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu wara li jkun irrisjeda fi Stat Membru ieħor biss bħala ċittadin tal-Unjoni – Dritt ta’ residenza dderivat tal-membri tal-familja tiegħu, ċittadini ta’ Stat terz – Kundizzjonijiet – Residenza effettiva taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti skont l-Artikoli 7 u 16 tad-Direttiva 2004/38 – Applikazzjoni b’analoġija tal-kundizzjonijiet għall-għoti previsti minn din id-direttiva

(Artikolu 21(1) TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikoli 6, 7(1) u (2), u 16(1) u (2))

3.        Ċittadinanza tal-Unjoni – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Minuri ċittadin ta’ Stat Membru li ma eżerċita qatt id-dritt ta’ moviment liberu tiegħu – Inklużjoni – Effetti – Dritt ta’ residenza u ta’ xogħol tal-ġenitur ċittadin ta’ pajjiż terz li jkollu taħt ir-responsabbiltà tiegħu l-minuri fl-Istat Membru tan-nazzjonalità u tar-residenza tal-minuri

(Artikolu 20 TFUE)

4.        Ċittadinanza tal-Unjoni – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Wild, ċittadin tal-Unjoni, li għandu ġenitur ċittadin ta’ pajjiż terz – Rifjut tad-dritt ta’ residenza fil-konfront tal-imsemmi ġenitur li jista’ jkollu l-effett li jġiegħel lill-wild jitlaq mit-territorju tal-Unjoni – Eżistenza ta’ relazzjoni ta’ dipendenza bejn il-wild u dan il-ġenitur – Ġenitur ieħor, ċittadin tal-Unjoni, li huwa kapaċi u lest li jassumi waħdu r-responsabbiltà ta’ kuljum u effettiva tal-wild – Ċirkustanza mhux suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-assenza ta’ relazzjoni ta’ dipendenza bejn il-wild u l-ġenitur tiegħu ċittadin ta’ pajjiż terz – Evalwazzjoni bbażata fuq it-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ

(Artikolu 20 TFUE)

5.        Ċittadinanza tal-Unjoni – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Ċittadin ta’ pajjiż terz li jassumi r-responsabbiltà ta’ kuljum u effettiva tal-wild tiegħu, ċittadin tal-Unjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ residenza tal-imsemmi ċittadin għall-obbligu li juri l-konsegwenzi ta’ deċiżjoni ta’ rifjut ta’ residenza li jistgħu jġiegħlu lill-wild jitlaq mit-territorju tal-Unjoni – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Obbligu għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jwettqu r-riċerki neċessarji sabiex jevalwaw il-konsegwenzi ta’ tali deċiżjoni ta’ rifjut

(Artikolu 20 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 52)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 54 u 55)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 61 sa 63)

4.      L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi evalwat jekk wild, ċittadin tal-Unjoni Ewropea, ikunx imġiegħel jitlaq mit-territorju tal-Unjoni fit-totalità tiegħu u jkunx għalhekk imċaħħad mit-tgawdija effettiva tal-essenzjal tad-drittijiet li dan l-artikolu jagħtih jekk il-ġenitur tiegħu, ċittadin ta’ pajjiż terz, jiġi mċaħħad mir-rikonoxximent ta’ dritt ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat, iċ-ċirkustanza li l-ġenitur l-ieħor, ċittadin tal-Unjoni, huwa fil-fatt kapaċi u lest li jassumi waħdu r-responsabbiltà ta’ kuljum u effettiva tal-wild hija element rilevanti iżda mhux suffiċjenti sabiex tkun tista’ tiġi kkonstatata l-assenza, bejn il-ġenitur ċittadin ta’ pajjiż terz u l-wild, ta’ relazzjoni ta’ dipendenza tali li dan tal-aħħar ikun suġġett għall-istess eżiġenza fil-każ ta’ tali rifjut. Tali evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq it-teħid inkunsiderazzjoni, fl-aħjar interess tal-wild, taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, b’mod partikolari, tal-età tiegħu, tal-iżvilupp fiżiku u emozzjonali tiegħu, tal-portata tar-relazzjoni affettiva tiegħu kemm mal-ġenitur ċittadin tal-Unjoni kif ukoll mal-ġenitur ċittadin ta’ pajjiż terz, kif ukoll ir-riskju li din is-separazzjoni tiegħu minn dan tal-aħħar tinvolvi għall-bilanċ tiegħu.

(ara l-punt 72 u d-dispożittiv 1)

5.      L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix Stat Membru milli jissuġġetta d-dritt ta’ residenza fit-territorju tiegħu ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, ġenitur ta’ wild minuri li għandu n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru, li ta’ kuljum u effettivament jieħu ħsieb dan il-wild, għall-obbligu għal dan iċ-ċittadin li jressaq l-elementi li jippermettu li jiġi stabbilit li deċiżjoni li tirrifjuta d-dritt ta’ residenza għall-ġenitur ċittadin ta’ pajjiż terz iċċaħħad lill-wild mit-tgawdija effettiva tal-essenzjal tad-drittijiet marbuta mal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni billi ġġiegħlu jitlaq mit-territorju tal-Unjoni, ikkunsidrat fit-totalità tiegħu. Madankollu, huma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li għandhom jipproċedu, fuq il-bażi tal-elementi pprovduti miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, bir-riċerki neċessarji sabiex ikunu jistgħu jevalwaw, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, jekk deċiżjoni ta’ rifjut ikollhiex tali konsegwenzi.

(ara l-punt 78 u d-dispożittiv 2)