Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Total Nederland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-348/06) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Natura kontinwata tal-ksur -Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Gravità u tul tal-ksur")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Total Nederland NV (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Vandencasteele, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4090 finali, tat-13 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 - Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta' din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Total Nederland NV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 20, 27.01.2007.