Language of document : ECLI:EU:T:2012:481





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 – Total Nederland vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑348/06)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Natura kontinwa tal-ksur – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Multi – Gravità u tul tal-ksur”

1.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 32, 33)

2.                     Akkordji – Projbizzjoni – Akkordji li jestendu l-effetti tagħhom lil hinn mill-waqfien formali tagħhom – Applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 37)

3.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Ksur uniku u kontinwu – Assenza ta’ prova li tikkonċerna ċerti perijodi speċifiċi tal-perijodu globali kkunsidrat – Assenza ta’ effett (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 42, 45)

4.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni skont in-natura tal-ksur – Ksur serju ħafna – Akkordju orizzontali fuq il-prezzijiet u applikazzjoni, fir-rigward tal-imsieħba kummerċjali, ta’ kundizzjonijiet inugwali għal servizzi ekwivalenti – Evalwazzjoni globali (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1) (ara l-punti 58‑62)

5.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni skont in-natura tal-ksur – Ksur serju ħafna – Neċessità li jiġi ddeterminat l-effett tagħhom u l-portata ġeografika tagħhom – Assenza – Teħid inkunsiderazzjoni tal-effett fuq is-suq mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 71, 73, 74)

6.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Ċirkustanzi attenwanti – Nuqqas ta’ applikazzjoni effettiva ta’ ftehim – Evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, it-tieni paragrafu tal-punt 3) (ara l-punti 78‑83)

7.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Natura dissważiva tal-multa – Kapaċità tal-impriżi l-kbar li jkejlu l-portata tal-aġir tagħhom – Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A, paragrafi 4 u 5) (ara l-punti 92-95)

8.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Konfutazzjoni tal-oneru tal-prova u ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza – Assenza (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 98-102, 105 u 108)

9.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Teħin inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tal-multa, tad-dħul mill-bejgħ tal-grupp – Ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet – Assenza (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punt 106)

10.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Elementi supplimentari kkunsidrati mill-Kummissjoni – Kumpannija parent u sussidjarja li ġew ippreżentati bħala interlokutur uniku matul il-proċedura amministrattiva (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 111 u 114)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 – Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Total Nederland NV hija kkundannata għall-ispejjeż.