Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta' April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) - lr-Renju Unit) - The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs vs Able UK Ltd

(Kawża C-225/11) 

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Artikolu 151(1)(ċ) - Operazzjoni ta' żmuntaġġ ta' bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta Amerikana magħmula fit-territorju ta' Stat Membru)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Konvenuta: Able UK Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) - Interpretazzjoni tal-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Eżenzjonijiet fir-rigward ta' ċerti operazzjonijiet imqabbla mal-esportazzjonijiet - Operazzjoni ta' żmuntaġġ ta' bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta Amerikana magħmula fit-territorju ta' Stat Membru

Dispożittiv

L-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta' servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula fi Stat Membru kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u li tikkonsisti fiż-żmuntaġġ ta' bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta ta' Stat ieħor kontraenti f'dan it-trattat, hija, abbażi ta' din id-dispożizzjoni, eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud biss meta:

-    din il-provvista hija magħmula għal impjegati tal-forzi armati ta' dan l-Istat ieħor li jipparteċipaw fl-isforz komuni tad-difiża jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom, u li

-    din l-istess provvista hija magħmula għal impjegati tal-imsemmija forzi armati stazzjonati jew fuq żjara fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom.

____________

1 - ĠU C 211, 16.07.2011.