Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Ġunju 2012 - Seikoh Giken vs UASI - Seiko Holdings (SG SEIKOH GIKEN)

(Kawża T-519/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali - Talba għal estensjoni territorjali tal-protezzjoni - Trade mark figurattiva SG SEIKO GIKEN - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEIKO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni- Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kabushiki Kaisha Seikoh Giken (Matsudo-shi Chiba, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seiko Holdings Kabushiki Kaisha (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. Fish, R. Miller, solicitors, u A. Bryson, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Awwissu 2010 (Każ R 1553/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Seiko Holdings Kabushiki Kaisha u Kabushiki Kaisha Seikoh Giken.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kabushiki Kaisha Seikoh Giken hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 13, 15.01.2011.