Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Ġunju 2012 - Fruit of the Loom vs UASI - Blueshore Management (FRUIT)

(Kawża T-514/10) 

"Trade mark Komunitarja - Proċeduri għal dikjarazzjoni ta' revoka - Trade mark Komunitarja verbali FRUIT - Nuqqas ta' użu - Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fruit of the Loom, Inc. (Bowling Green, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u V. Marsland, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement G. Schneider, sussegwentement D. Botis, u finalment J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Blueshore Management SA (Cernusco Sul Naviglio, l-Italja) (rappreżentanti: S. Corona u G. Ciccone, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Awwissu 2010 (Każ R 1686/2008-4), dwar proċeduri għal dikjarazzjoni ta' revoka bejn Blueshore Management SA u Fruit of the Loom, Inc.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Fruit of the Loom, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-UASI.

3)    Blueshore Management SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 13, 15.01.2011