Language of document : ECLI:EU:T:2012:316





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 — Fruit of the Loom vs UASI — Blueshore Management (FRUIT)

(Kawża T‑514/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali FRUIT — Nuqqas ta’ użu — Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-bordijiet tal-appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2) u (3)) (ara punt 12)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Setgħa li tingħata ordni — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6)) (ara punt 13)

3.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet għar-revoka — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark — Użu mit-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark — Skop u kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1)(a)] (ara punti 28, 29, 38)

4.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet għar-revoka — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark — Użu mit-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark — Trade mark verbali FRUIT [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a) u 51(1)(a)] (ara punti 39, 40, 54-68)

5.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet għar-revoka — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark — Evalwazzjoni tal-karattru ġenwin tal-użu mit-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1)) (ara punt 50)

6.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet għar-revoka — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1) u Artikolu 78(1)(f); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3)] (ara punti 51, 52, 55)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 1686/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Blueshore Management SA u Fruit of the Loom, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fruit of the Loom, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-UASI.

3)

Blueshore Management SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.