Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-516/10) 1

(“FAEGG – Taqsima ‘Gwida’ – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Programm ta’ inizjattiva Komunitarja Leader+ – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tal- Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn E. Belliard, B. Cabouat, G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, sussegwentement minn D. Colas, C. Candat u J. S. Pilczer, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni C (2010) 5724 tal-Kumissjoni (finali), tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Gwida”, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (France – Leader+).DispożittivId-Deċiżjoni C (2010) 5724 tal-Kumissjoni (finali), tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Gwida”, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (France – Leader+) hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika Franċiża.

____________

1  ĠU C 13, 15.1.2011.