Language of document : ECLI:EU:T:2015:470





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2015 —
Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑516/10)

“FAEGG — Taqsima ‘Gwida’ — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm ta’ inizjattiva Komunitarja Leader+ — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”

1.                     Rikors għal annullament — Motivi — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu stabbilit mil-leġiżlatur tal-Unjoni — Eżami ex officio mill-qorti (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 26)

2.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Sospensjoni jew tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja wara irregolaritajiet — Terminu ta’ dekadenza għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Bidu tad-dekorrenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 108) (ara l-punti 27, 28, 31, 32)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2010) 5724 tal-Kummissjoni (finali), tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Gwida”, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (France – Leader+).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni C (2010) 5724 tal-Kummissjoni (finali), tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Gwida”, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (France — Leader+) hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika Franċiża.