Language of document :

Rikors ippreżentat fil-1 ta' Novembru 2010 - Hamberger Industriewerke vs UASI (Atrium)

(Kawża T-513/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hamberger Industriewerke GmbH (Stephanskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmidpeter)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Awwissu 2006 fil-Każ R 291/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura ta' rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : trade mark verbali "Atrium" għal prodotti fil-klassijiet 19 u 27.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, inkwantu t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex purament deskrittiva.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)