Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Mejju 2009 - Longevity Health Products vs UASI - Performing Science (5 HTP)

(Kawża T-190/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Performing Science LLC

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors tal-kumpannija Longevity Health Products, Inc. inammissibbli,

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-21 ta' April 2009 u tiċħad l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità tal-Performing Science, LLC kontra t-trade mark Komunitarja Nru 002846483 - "5 HTP"

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "5 HTP" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 16, u 35 (trade mark Komunitarja Nru 2 846 483)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Performing Science LLC

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark inkwistjoni ġiet milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rifjut tal-oppożizzjoni tar-rikorrenti

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1]

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).