Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - HIT Trading u Berkman Forwarding vs Il-Kummissjoni
"Unjoni doganali - Importazzjoni ta' lampi fluworexxenti elettroniċi integrati u kompatti (CFL-i) ta' provenjenza mill-Pakistan - Irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni - Applikazzjoni għal maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (CEE) Nru 2913/92"
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: HIT Trading BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Berkman Forwarding BV (Barendrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A.T.M. Jansen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Bouyon u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn Y. van Gerven, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 747 finali, tat-12 ta' Frar 2009, li tikkonstata li t-teħid inkunsiderazzjoni a posteriori ta' ċerti dazji fuq l-importazzjoni kien iġġustifikat u li l-maħfra ta' dawn id-dazji ma kinitx iġġustifikata (fajl REC 01/08).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Hit Trading BV u Berkman Forwarding BV huma kkkundannati għall-ispejejż.
____________1 - ĠU C 180, 01.08.2009.