Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Marzu 2011 - Longevity Health Products vs UASI - Performing Science (5 HTP)

(Kawża T-190/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali 5 HTP - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjali jew indikazzjonijiet li jkunu saru użanza - Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Baħamas) (rappreżentant: J. E. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Performing Science LLC (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Plasser, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' April 2009 (Każ R 595/2008-4), li tirrigwarda proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Performing Science LLC u Longevity Health Products, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 167, 18.07.2009.