Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2024 – Laura Food vs EUIPO – Morghati Abderrahim (THE VERT DE CHINE 4011 ALJAMAL ALJAMAL 4011 B 552)
(Kawża T-95/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Laura Food Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentant: C. Bercial Arias, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Morghati Abderrahim, Ditta Individuale (Milano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “THE VERT DE CHINE 4011 ALJAMAL ALJAMAL 4011 B 552” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 365 959
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 909/2023-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, l-intervenjent, għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________