Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2016 – Enrico Colombo u Giacomo Corinti vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-690/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Enrico Colombo SpA (Sesto Calende, l-Italja), Giacomo Corinti (Ispra, l-Italja) (rappreżentanti: R. Colombo u G. Turri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti, li l-kontenut u d-dettalji tagħha ma humiex magħrufa, u li ġiet ikkomunikata permezz tan-nota tal-20 ta’ Lulju 2016 Ref. Ares (2016) 371182, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea, JRC – Ġestjoni tas-sit ta’ Ispra tat il-kuntratt JRC/IPR/2016/C.4/000S/OC relatat mal-ftehim qafas għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ manutenzjoni ta’ pajpijiet tal-ilma u ta’ substations ta’ tisħin u tkessieħ fi ħdan iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka ta’ Ispra, lil Carmet S.A.S di Fietta Graziella & C.

tannulla n-nota tal-20 ta’ Lulju 2016 Ref. Ares (2016) 371182 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea, JRC – Ġestjoni tas-sit ta’ Ispra kkomunikat ir-riżultat tas-sejħa għal offerti.

tannulla l-proċessi verbali tat-13 ta’ Mejju 2016 u tat-28 ta’ Ġunju 2016;

prinċipalment, tipprovdi kumpens għad-dannu mġarrab, f’forma speċifika, b’mod partikolari permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità, ta’ annullament jew ta’ ineffikaċja tal-kuntratt, li l-kontenut u d-dettalji tiegħu ma humiex magħrufa, konkluż bejn il-Kummissjoni u Carmet S.A.S di Fietta Graziella & C fid-19 ta’ Awwissu 2016, kif ukoll bis-sostituzzjoni ta’ RTI mal-kumpannija ċċitata iktar ’il fuq bħala offerent;

sussidjarjament, tipprovdi kumpens għad-dannu mġarrab, f’forma pekunjarja, li jammonta għal EUR 500 000 jew l-ammont, ogħla jew inqas, li l-Qorti Ġenerali tqis li huwa xieraq, flimkien mal-interessi u r-rievalwazzjoni monetarja fid-data tal-ħlas.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin: il-ksur tal-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012 L 298, p. 1), il-ksur tal-lex specialis fir-rigward tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ smigħ xieraq, kif ukoll użu ħażin ta’ poter.

F’dan ir-rigward, huwa sostnut li l-offerta ppreżentata mill-offerenti jmissha ġiet eskluża inkwantu ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kapaċità ġuridika u teknika previsti mil-lex specialis.

____________