Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2017 – Enrico Colombo u Corinti Giacomo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-690/6 R)

(“Miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Enrico Colombo SpA (Sesto Calende, l-Italja) u Corinti Giacomo (Ispra, l-Italja) (rappreżentanti: R. Colombo u G. Turri, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rosa Plaza, S. Delaude u L. Di Paolo, aġenti) u Carmet Sas di Fietta Graziella & C.

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-ħruġ ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-atti tal-Kummissjoni li wasslu għaċ-ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC/IPR/2016/C.4/0002/OC u, min-naħa l-oħra, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u l-offerent rebbieħ ta’ din is-sejħa għal offerti.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji sa fejn hija diretta kontra Carmet Sas di Fietta Graziella & C.

Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________