Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 – Enrico Colombo u Corinti Giacomo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-690/16) 1

(Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – ĊKR ta’ Ispra – Xogħlijiet ta’ konstruzzjoni u ta’ manutenzjoni ta’ pajpijiet tal-ilma u ta’ sub-stations ta’ tisħin urban-tkessih – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni – Obbligu ta’ motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Enrico Colombo SpA (Sesto Calende, l-Italja) u Corinti Giacomo (Ispra, l-Italja) (rappreżentanti: R. Colombo u G. Turri, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Delaude, L. Di Paolo u P. Rosa Plaza, sussegwentement minn S. Delaude u L. Di Paolo u fl-aħħar minn S. Delaude u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, essenzjalment, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC/IPR/2016/C4/0002/OC, dwar ftehim-qafas għall-kostruzzjoni u ż-żamma, fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka (ĊKR) ta’ Ispra (l-Italja), ta’ konnessjonijiet idriċi u ta’ sub-stations ta’ tkessih, u li jagħtu dan il-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostnew minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Enrico Colombo SpA u Corinti Giacomo huma kkundannti għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 22, 23.1.2017.