Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Ottubru 2017 – Dirk Harms et vs Vueling Airlines SA

(Kawża C-601/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dirk Harms, Ann-Kathrin Harms, Nick-Julius Harms, Tom-Lukas Harms, Lilly-Karlotta Harms, Emma-Matilda Harms, bl-aħħar erbgħa rrappreżentati mill-ġenituri tagħhom Dirk Harms u Ann-Kathrin Harms

Konvenuta: Vueling Airlines SA

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “rimbors […], permezz tal-mezzi previsti fl-Artikolu 7(3), tal-prezz sħiħ tal-biljett”, konformement mal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għall-ammont imħallas mill-passiġġieri għall-biljett inkwistjoni, jew għandu jitqies li jirreferi għall-ammont li jkun effettivament irċieva t-trasportatur tal-ajru konvenut, meta fil-proċess ta’ riżervazzjoni jkun aġixxa intermedjarju li jirċievi, mingħajr ma javża, id-differenza bejn l-ammont imħallas mill-passiġġier u dak irċevut mit-trasportatur tal-ajru?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).