Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Dirk Harms et vs Vueling Airlines SA

(Kawża C-601/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 8(1) – Rimbors tal-prezz tal-biljett fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira – Kummissjoni rċevuta minn persuna li taġixxi bħala intermedjarju bejn il-passiġġier u t-trasportatur tal-ajru waqt ix-xiri tal-biljett – Inklużjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dirk Harms, Ann-Kathrin Harms, Nick-Julius Harms, Tom-Lukas Harms, Lilly-Karlotta Harms, Emma-Matilda Harms

Konvenuta: Vueling Airlines SA

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1)(a) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz tal-biljett li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tar-rimbors dovut mit-trasportatur tal-ajru lil passiġġier fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira jinkludi d-differenza bejn l-ammont imħallas minn dan il-passiġġier u l-ammont rċevut minn dan it-trasportatur tal-ajru, li tikkorrispondi għal kummissjoni rċevuta minn persuna li intervjeniet bħala intermedjarju bejn dawn it-tnejn tal-aħħar, ħlief jekk din il-kummissjoni kienet stabbilita mingħajr l-għarfien tal-imsemmi trasportatur tal-ajru, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifikah.

____________

1     ĠU C 22, 22.1.2018.