Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2013 – Gruppo Norton vs UASI – Marín Nicolás (Gruppo Norton S.r.l.)

(Kawża T-427/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gruppo Norton Srl (Carini, l-Italja) (rappreżentant: M. García Lirola, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Victoriano Marín Nicolás (Alcantarilla, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tagħti sentenza fuq il-mertu li tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark għall-prodotti kollha li għalihom saret l-applikazzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Gruppo Norton Srl

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Gruppo Norton S.r.l.” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 9 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 169 753

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Victoriano Marín Nicolás

Trade mark jew sinjal invokat fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni: it-trade mark Spanjola “NORTON HISPANO” għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell inammissibbli

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009