Language of document : ECLI:EU:T:2010:540





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 – LG Electronics vs UASI (KOMPRESSOR PLUS)

(Kawża T-497/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KOMPRESSOR PLUS – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 14, 18-21)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2009 (Każ R 397/2009‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali KOMPRESSOR PLUS bħala trade mark Kommunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

LG Electronics, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali KOMPRESSOR PLUS għal prodotti fil-klassi 7 – Applikazzjoni Nru 7282924

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell parzjalment miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LG Electronics, Inc. għandha tbati l-ispejjeż.