Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Jannar 2012 - Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-58/10)
("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema Ġermaniża rigward kumpens imħallas lill-ħaddiema tal-impriżi li saru insolventi u l-finanzjament tagħhom - Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat - Inammissibbiltà")
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Phoenix-Reisen GmbH (Bonn, il-Ġermanja); u Deutscher Reiseverband eV (DRV) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Gerharz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u B. Martenczuk, aġenti)
Il-parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u B. Klein, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8707 finali, tad-19 ta' Novembru 2009, li tiddikjara li l-iskema rigward kumpens imħallas lill-ħaddiema tal-impriżi li saru insolventi u l-finanzjament tagħhom, prevista mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (Għajnuna NN 55/2009) (ĠU C 323, p. 5)
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Phoenix-Reisen GmbH u Deutscher Reiseverband eV (DRV) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 113, 1.5.2010.