Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-255/13)1

(“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u Faeżr – Infiq eskluż mill-finanzjament – Korrezzjonijiet finanzjarji fl-forma ta’ somma f’daqqa – Pagamenti diretti – Kundizzjonalità – Għajnuna għall-ipproċessar taċ-ċitru – Kundizzjonijiet għall-kunsens ta’ organu li jħallas”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn B. Tidore u minn M. Salvatorelli, avukati tal-Istat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/123/UE tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Frar 2013, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imwettaq mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima “Garanzija”, taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (Faeżr) (ĠU L 67, p. 20), safejn hija għandha korrezzjonijiet finanzjarji fil-forma ta’ somma f’daqqa fir-rigward tal-infiq imwettaq mir-Repubblika Taljana.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 178 tat-22.6.2013.