Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2015 – Orthogen vs UASI

(Kawża T-253/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali IRAP – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Orthogen AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Finger u S. Krüger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment D. Walicka u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arthrex GmbH (Garching, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Greiffenberg u O. Stöckel, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Frar 2013 (Każ R 382/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Arthrex GmbH u Orthogen AG.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Orthogen AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Arthrex GmbH.

____________

1     ĠU C 207, 20.7.2013