Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2023 – TVR Automotive vs EUIPO – TVR Italia (TVR)

(Kawża T-53/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TVR – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti TVR ITALIA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Dritt għal smigħ xieraq – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TVR Automotive Ltd (Walliswood, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: TVR Italia Srl (Milano, l-Italja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Ottubru 2022 (Każ R 1493/2018-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

TVR Automotive Ltd u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 112, 27.3.2023.