Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2023 – Beauty Boutique vs EUIPO – Lightningbolt Europe (Rappreżentazzjoni ta’ sajjetta)

(Kawża T-12/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta sajjetta – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta sajjetta – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Beauty Boutique sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Nowakowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Ringelhann u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lightningbolt Europe SA (São Cosme Vale, il-Portugall) (rappreżentanti: P. Sousa u Silva, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 Ottubru 2022 (Każ R 668/2022-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Beauty Boutique sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Lightningbolt Europe SA għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 94, 13.3.2023.