Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2023 – Pumpyanskiy vs Il-Kunsill

(Kawża T-734/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward ta’ azzjonijiet li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista – Bidla fiċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li jirregolaw l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Kunċett ta’ ‘assoċjazzjoni’ – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alexander Dmitrievich Pumpyanskiy (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme, L. Burguin u M. Brésart, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-C. Cadilhac, V.  Piessevaux u A. Boggio Tomasaz, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Carpus Carcea, C. Georgieva u C. Giolito, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530/PESK tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75I, p. 134), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75I, p. 1), u, it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 226, p. 104), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 226, p. 3), sa fejn dawn l-atti jżommu ismu fuq il-listi annessi mal-imsemmija atti u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, il-kumpens għad-dannu morali li r-rikorrent sofra bħala riżultat tal-adozzjoni ta’ dawn l-atti.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530/PESK tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna huma annullati, sal-fejn isem Alexander Dmitrievich Pumpyanskiy inżamm fuq il-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

It-talba għad-danni imressqa minn A. Pumpyanskiy hija miċħuda.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk ta’ A. Pumpyanskiy.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 24, 23.1.2023.