Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Diċembru 2023 – BB Services vs EUIPO – Lego Juris (Forma ta’ figurina ta’ ġugarell bi stud fuq ir-ras)

(Kawża T-297/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea – Forma ta’ figurina ta’ ġugarell bi stud fuq ir-ras – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott – Sinjal kompost esklużivament mill-forma tal-prodott li huwa neċessarju għall-kisba ta’ riżultat tekniku – Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001])”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BB Services GmbH (Flörsheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lego Juris A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u t-tibdil tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1355/2021-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

BB Services GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 257, 4.7.2022.