Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2023 – DGC Switzerland vs EUIPO (cyberscan)

(Kawża T-85/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea cyberscan – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Relazzjoni suffiċjentement diretta u konkreta mal-prodotti u servizzi koperti mill-applikazzjoni għal trade mark – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: DGC Switzerland AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Medler, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 1587/2022-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 127, 11.4.2023.