Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2023 – BB Services vs EUIPO – Lego Juris (Forma ta’ figurina tal-logħob)

(Kawża T-298/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ figurina tal-logħob – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott – Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-ksib ta’ riżultat tekniku – Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament (KE)Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: BB Services GmbH (Flörsheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lego Juris A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1354/2021-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

BB Services GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 257, 4.7.2022.