Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2023 – Vobro vs EUIPO – Mieszko (CHERRY Passion)

(Kawża T-29/23) 1

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CHERRY Passion – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea MIESZKO PRALINES CHERRISSIMO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vobro sp. z o.o. (Brodnica, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u T. Frydendahl, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mieszko S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Novembru 2022 (Każ R 2073/2021-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 94, 13.3.2023.