Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Nynäs Petroleum u Nynas Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/06) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Valur miżjud sinjifikattiv - Ugwaljanza fit-trattament")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nynäs Petroleum AB (Stokkolma, l-Isveżja); u Nynas Belgium AB (Stokkolma) (rappreżentanti: A. Howard, barrister, M. Dean u D. McGowan, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn L. Gyselen, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4090 finali, tat-13 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 - Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Nynäs Petroleum AB u Nynas Belgium AB huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 20, 27.01.2007