Language of document : ECLI:EU:T:2012:482





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 – Dura Vermeer Groep vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑351/06)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur”

1.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tikkorrobora l-preżunzjoni ma’ fatti intiżi li jistabbilixxu l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti – Assenza ta’ obbligu (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 25‑30)

2.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Applikabbiltà fil-każ ta’ relazzjoni indiretta bejn il-kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punt 32)

3.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Obbligi probatorji tal-kumpannija li għandha l-intenzjoni tikkonfuta din il-preżunzjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 34, 44‑50)

4.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Konfutazzjoni tal-oneru tal-prova u ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza – Assenza (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 36‑38)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni — Obbligu li jiġu diskussi l-punti ta’ fatt u ta’ liġi kollha mqajma matul il-proċedura amministrattiva — Assenza (Artikoli 81 KE, 82 KE u 253 KE) (ara l-punt 54)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 – Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dura Vermeer Groep NV hija kkundannata għall-ispejjeż.