Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Ġunju 2007 - IMS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-346/06 R)

(Talba għal miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni - Direttiva 98/37/KE - Ammissibbiltà - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar ta' l-interessi)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Industria Masetto Schio Srl (IMS) (Schio, l-Italja) (rappreżentanti: F. Colonna u T. Romolotti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u D. Lawunmi, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' l-Opinjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3914 tas-6 ta' Settembru 2006, dwar miżura ta' projbizzjoni, adottata mill-awtoritajiet Franċiżi fir-rigward ta' ċerti preses mekkaniċi bit-trade mark IMS.

Dispożittiv

L-eżekuzzjoni ta' l-Opinjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3914 tas-6 ta' Settembru 2006, dwar miżura ta' projbizzjoni, adottata mill-awtoritajiet Franċiżi fir-rigward ta' ċerti preses mekkaniċi bit-trade mark IMS, hija sospiża sakemm il-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi l-kawża prinċipali.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________