Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – provima Warenhandels vs UASI – Renfro (HOT SOX)

(Kawża T-543/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: provima Warenhandels GmbH (Bielefeld, il-Ġermanija) (rappreżentanti: J. Croll u H. Prange, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Renfro Corp. (Mount Airy, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 1859/2013-2 dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 962 191 li tindika lill-Unjoni Ewropea u timmodifikaha billi tiddikjara l-appell fondat u tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “HOT SOX” – Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 962 191Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Renfro Corp.Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiMotivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: raġunijiet assoluti għal rifjut skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 52(1) u tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati:–    ksur tad-d

ispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 158, 52

(1)(a) u 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.–    ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flmkien tal

-Artikoli 158, 52(1)(a) u 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.