Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2015 – Société des produits Nestlé vs UASI – Terapia (ALETE)

(Kawża T-544/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALETE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ALETA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 – Suspensjoni tal-proċedura amministrattiva – Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru°2868/95”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u S. Cobet-Nüse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Terapia SA (Cluj Napoca, ir-Rumanija)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 1128/2013-4), tad-19 ta’ Mejju 2014, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Terapia SA u Société des produits Nestlé SADispożittivId-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1128/2013-4) hija annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.L-UASI huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tas-

Société des produits Nestlé.

____________

1     ĠU C 339, 29.9.2014.