Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Jannar 2012 — Hell Energy Magyarország vs UASI — Hansa Mineralbrunnen (HELL)
(Kawża T‑522/10)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva HELL — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti HELLA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29, 33, 34, 67)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 1517/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hansa Mineralbrunnen GmbH u Hell Energy Magyarország. |
Dispożittiv
2) | | Hell Energy Magyarország kft hija kkundannata għall-ispejjeż. |