Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2012 - Klingel vs UASI - Develey (JUNGBORN)

(Kawża T-401/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Klingel OHG (Pforzheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Zeiher avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Develey Holding GmbH & Co. Beteiligungs KG (Unterhaching, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta' Lulju 2012 fil-Każ R 936/2011-4;

tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-għoti ta' protezzjoni lir-Reġistrazzjoni internazzjonali W 1 002 323 - JUNGBORN;

sussidjarjament, tibgħat lura l-każ quddiem il-Bord tal-Appell għal deċiżjoni ulterjuri;

tikkundanna lill-parti li titlef il-kawża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "JUNGBORN" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30, 32 u 33 - Reġistrazzjoni internazzjonali, li tkopri l-Unjoni Ewropea, Nru W 1 002 323

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Develey Holding GmbH & Co. Beteiligungs KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża "BORN" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 41(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________