Language of document : ECLI:EU:T:2012:600





Digriet tal-imħallef għal miżuri provviżorji tal-14 ta’ Novembru 2012 — Intrasoft International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/12 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Ċaħda ta’ offerta — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 4-7)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tbiddel b’mod irrimedjabbli l-pożizzjoni fis-suq tal-kumpannija rikorrenti — Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 10-13)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Telf ta’ opportunità li tirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti — Telf li ma jikkostitwixxix fih innifsu dannu gravi — Evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs tal-impriża — Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14, 15)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti — Dannu għar-reputazzjoni tiegħu — Preġudizzju li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 18)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tas-Serbja, tal-10 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad l offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti EuropeAid/131367/C/SER/RS, dwar l-assistenza teknika għall-amministrazzjoni tad-dwana Serba fil-kuntest tal-immodernizzar tas-sistema doganali (ĠU 2011/S 160 262712) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal Unjoni Ewropea għar-Repubblika tas-Serbja tat-12 ta’ Settembru 2012 li tinformaha li l-kumitat ta’ evalwazzjoni kien irrakkomanda li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.